Ir-Renju Unit se jkollu kontroll fuq il-politika tiegħu tal-immigrazzjoni. Dan se jsir għall-ewwel darba f’deċenji wara l-Brexit. Wegħdet dan il-Prim Ministru, Theresa May li qalet li dawk il-ħaddiema li għandhom inqas ħiliet se jaqgħu taħt sistema ġdida tal-viżas li se tagħti iktar kas tal-ħiliet tal-ħaddiema iktar milli l-pajjiż minn fejn ġejjin.
Il-pjanijiet waslu wara rakkomondazzjoni mill-kumitat konsultattiv dwar l-immigrazzjoni li kien appoġġjat ukoll mill-Partit Laburista.
Il-kabinett qabel mar-rakomandazzjonijiet tal-kumitat il-ġimgħa li għaddiet