Il-gvern tar-Renju Unit qal li se jipproponi sistema innovattiva u mhux ittestjata għall-kontroll tad-dwana bħala parti min-negozjati Brexit.
Il-mudell, wieħed minn tnejn li qed jitmexxa ‘l quddiem f’dokument ippubblikat riċentament, ikun ifisser li ma jsirux spezzjonijiet tad-dwana fil-fruntieri bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Il-proposta alternattiva tar-Renju Unit, b’sistema aktar effiċjenti għall-kontroll fil-fruntieri tkun tinvolvi żieda fl-amministrazzjoni.
Fuq Twitter, Guy Verhofstadt, in-negozjatur tal-Parlament Ewropew żied li jeħtieġ qbil fuq kwistjonijiet oħra qabel ma jibdew in-negozjati fuq il-kummerċ.