Ministri fir-Renju Unit mistennija jipprojbixxu l-bejgħ ta’ ġriewi u qtates żgħar mill-pet shops.
Dan hekk kif huma mistennija jipprojbixxu bejgħ m’għand terzi persuni, liema liġi ntlaqgħet minn aktar minn 95% tal-persuni li attendew konsultazzjoni pubblika.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara l-kampanja ta’ “Lucy’s Law”, imsemmija wara kelba tar-razza Spaniel li ġiet salvata wara li kienet miżmuma f’gaġġa f'”puppy farms”.
Dan ifisser li kull min irid jixtri jew jadotta kelb jew qattus taħt l-età ta’ sitt xhur fil-futur irid ikellem b’mod dirett lill-persuni li jgħammar l-annimali b’mod responsabbli jew santwarju tal-annimali.
Din id-deċiżjoni se tittieħed bil-għan li twaqqaf il-bejgħ ta’ annimali minn ‘puppy farms’ li jgħammru l-annimali bl-addoċċ mingħajr ebda responsabbiltà u jżommuhom f’gaġeġ.