Eluf ta’ refuġjati mill-Afganistan se jkunu qed isibu kenn fir-Renju Unit.
Dan ħabbru l-Gvern Ingliż wara li saħaq kif permezz ta’ arranġament apposta, madwar għoxrin elf Afgan se jkollhom dar fir-Renju Unit għas-snin li ġejjin.
Fl-ewwel sena, ħamest elef persuna biss se tkun eleġibbli, bin-nisa, tfajliet u dawk fil-bżonn se jingħataw prijorità.