Ċittadini Ewropej b’ħiliet limitati se jkollhom iċ-ċans isibu xogħol fir-Renju Unit minn tal-anqas sal-2025.
Dan hekk kif il-Gvern Ingliż nieda White Paper dwar il-migrazzjoni minn u lejn l-Ewropea wara Brexit, li fost oħrajn qed tipproponi skema li se tippermetti biex migranti jkomplu jidħlu fir-Renju Unit. Dan minkejja tensjoni bejn iż-żewġ partijiet minħabba l-giljottina fuq il-moviment ħieles li huwa permessibbli bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-iskema se tapplika għal kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u l-migranti se jkunu jistgħu jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit għal sena qabel ma jkunu mitluba jerġgħu japplikaw.