Ir-Renju Unit se jħallas qares għal Brexit mingħajr ftehim minħabba kontroll kumpless fuq il-fruntieri li mhux se jkun lest fil-ħin stipulat.
Eluf ta’ importaturi Ingliżi mhux se jkollhom biżżejjed ċans jippreparaw għal regoli ġodda tal-fruntieri, u għaqdiet kriminali jistgħu jużaw dan għall-benefiċċju tagħhom.
Analisti politiċi fir-Renju Unit qed ifakkru li l-Gvern Ingliż kien kunfidenti li se jikseb ftehim tajjeb mal-Unjoni Ewropea, speċjalment dwar il-kummerċ. Aktar kmieni, il-Gvern Ingliż qal li d-diskussjonijet u l-preparazzjonijiet għal Brexit kienu kważi lesti.
Minkejja dan, ħafna qed iħossu li Brexit se jolqot ħażin ħafna lil diversi setturi fir-Renju Unit.