Ir-Reġina tal-Ingilterra qalet li huwa diffiċli li naħarbu mid-dieqa kbira nazzjonali li ħakmet lill-pajjiż wara t-traġedji f’Londra u Manchester.
Messaġġ li kien segwit minn għadd ta’ protesti dwar in-nirien f’Grenfell Tower li ħallew mill-inqas tletin persuna mejta. Qalet li magħqudin quddiem din is-sitwazzjoni, r-Renju Unit jinsab determinat meta affaċjat bit-traġedji tal-aħħar ġimgħat sabiex jappoġġja lil dawk kollha li ġew affettwati, kemm jekk tilfu lil xi ħadd qrib tagħhom u anke jekk sfaw feruti.
Min-naħa tagħha, l-Prim Ministru Theresa May kkomettiet ħamsin miljun sterlina għal ikel, ħwejjeġ u bżonnijiet oħra ta’ emerġenza iżda kienet ikkritikata għal mod kif irreaġixxiet meta żaret Grenfell tower. Intant, bejn ħamsin u sittin persuna pprotestaw f’Kensington u Chelsea Town Hall hekk kif membri tal-pubbliku qalu li dawk bla saqaf fuq rashom għandhom bżonn għajnuna immedjata.