Il-Gvern tar-Renju Unit se jagħti 10,000 drone lill-Ukrajna, bil-għan li l-Ukrajna tkompli tiġġieled kontra l-invażjoni Russa.
Dan tħabbar nhar il-Ħamis, mis-Segretarju għad-Difiża, Grant Shapps, waqt żjara li għamel fil-Belt ta’ Kjiv, flimkien mal-President Ukren, Volodomyr Zelenskyy.
Dan filwaqt li minn naħa tiegħu, Zelenskyy, ħabbar li nhar il-Ħamis, li l-eks Kmandant Valerii Zaluzhnyi, se jsir l-ambaxxatur ta’ Kjiv għal-Londra.
Minn naħa l-oħra, Zelenskyy huwa mistenni li jiltaqa’ mal-President Tork, Tayyip Erdogan, fit-Turkija, aktar tard illum.
Iż-żewġ mexxejja, huma mistennija jiddiskutu l-kunflitt fl-Ukrajna u diversi relazzjonijiet bilaterali.