Il-House of Commons mistenni japprova li ssir elezzjoni anki wara li l-bieraħ l-mozzjoni tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ma kisbitx iż-żewġ terzi meħtieġa.
Bħalissa l-Parlament Ingliż qed jiddibatti emendi biex fost l-oħrajn l-elezzjoni ġenerali ssir fid-disgħa ta’ Diċembru flok fit-tnax ta’ Diċembru.
Is-sejħa għall-elezzjoni ġabet ukoll l-approvazzjoni tal-mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn.
Ilbieraħ l-Unjoni Ewropea qablet li testendi BREXIT sal-aħħar ta’ Jannar li ġej.