In-negozjatur tal-Unjoni Ewropea, Michel Barnier akkuża lir-Renju Unit li mar lura minn kelmtu dwar is-sajd u kwistjonijiet oħra fit-taħdidiet kummerċjali ta’ wara Brexit.
Barnier sostna li ma sar l-ebda progress sinjifikanti matul din il-ġimgħa, filwaqt li aċċena biex ir-Renju Unit jirrispetta r-regoli maqbula mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit.
Iż-żewġ partijiet mhux qed jaqblu dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni tas-suq, id-drittijiet dwar is-sajd kif ukoll il-kooperazzjoni mal-pulizija.
Ir-Renju Unit għandu sal-aħħar ta’ dan ix-xahar biex jitlob estensjoni għal perjodu ta’ tranżizzjoni li jista’ jieħu sa sentejn.