Ir-Renju Unit approva l-vaċċin Pfizer/BionNTech għal kontra l-Covid-19. L-Awtorità Regolatroja għall-Prodotti Mediċinali tal-pajjiż kellha tapprova l-vaċċin qabel is-sena l-ġdida, hekk kif se tkun hi responsabbli milll-użu tagħhom wara Brexit.
L-ewwel dożi tal-vaċċin se jaslu r-Renju Unit fil-jiem li ġejjin, hekk kif mal-aħbar tal-approvazzjoni, inxtraw mal-40 miljun doża.
Il-vaċċin Pfizer/BioNTech ġie ċċertifikat ukoll b’effettività ta’ 95%.
Intant, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal kif se jkun disponibbli mill-ġimgħa d-dieħla.