Ir-Renju Unit qed jaffaċċja kriżi kostituzzjonali jekk il-Prim Ministru Theresa May ma tibbullikax il-pariri legali kollha dwar l-abbozz tagħha dwar Brexit. Dan qalu l-Partit Laburista Ingliż.
May qed tibqa’ tinsisti li l-pariri li ngħatat huma kunfidenzjali, iżda xi Membri Parlamentari Ingliżi qalu li hemm xi Ministri tal-Gvern Ingliż li ma jridux jammettu li r-Renju Unit se jibqa’ marbut ma’ regolari marbuta mad-Dwana Ewropea.
Aktar tard it-Tnejn waqt seduta f’Westminster, l-Avukat Ġenerali Ingliż, il-Ġeneral Geoffrey Cox mistenni jagħti stqarrija dwar dan.