Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Renju Unit jista’ jikkanċella BREXIT mingħajr il-permess tas-27 stat membru tal-Unjoni Ewropea.
L-imħalfin tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ddeċidew li dan jista’ jsir mingħajr il-ħtieġa li jinbidlu xi termini b’rabta mal-isħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea.
Din id-deeċiżjoni ġiet ġurnata qabel mal-membri parlamentari m’huma ser jivvotaw dwar il-ftehim tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May b’rabta mat-tluq tar-Renju Unit minn mal-Unjoni Ewropea. Huwa mistenni li l-membri parlamentari jirrifjutaw il-proposti waqt vot fil-House of Commons it-Tlieta filgħaxija.