“Biex tiddiskuti madwar mejda, għandek bżonn żewġ naħat li jafu xi jridu. In-naħa Ingliża mgħandix l-iċken idea f’ dan il-mument ta’ x’ arranġament trid mal-Unjoni Ewropea.”
Kien għalhekk li l-mexxejja Ewropej qablu li jagħtu xagħrejn ċans biex il-Gvern Ingliż, immexxi mis-suċċessur ta’ David Cameron, jiddeċiedi x’hini t-triq ‘il quddiem.
Il-Prim Minsitru Joseph Muscat saħaq li dan ma jfissirx li r-Renju Unit se jkun liberu jieħu ż-żmien tiegħu- id-deċiżjoni għandha tittieħed sa’ Settembru jew l-iktar tard Ottubru. Muscat stqarr li t-tieni punt ta’ konverġenza bejn il-Mexxejja tas-27 stat membru hu li kwalunkwe ftehim li jista’ jkun hemm mar-Renju Unit se jkun inferjuri għal sħubija. Sostna li r-Renju Unit ma jistax jingħata aċċess għas-suq waħdieni mingħajr ma jkun hemm il-libertajiet l-oħra li tipprovdi l-Unjoni Ewropea, inkluża l-libertà tal-moviment ta’ persuni.
Waqt l-aħħar laqgħa għall-jum tat-Tlieta, il-Prim Ministru Ingliż fisser kif bdew arranġamenti f’ 10 Downing Street u Whitehall biex ikunu analiżżati il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull mudell ta’ ftehim jista’ jintuża. Iżda jidher li uħud mill-mexxejja kienu iritati li dan l-eżerċizzju ma sarx qabel dan il-Kunsill Ewropew.
https://www.youtube.com/watch?v=wSSM24TzuUU