Ir-Renju Unit iddikjara stat ta’ emerġenza nazzjonali wara li t-temperatura fil-pajjiż mistennija tilħaq għall-ewwel darba l-40 gradi Celsius.
L-Uffiċċju Metereoloġiku qal kif il-mewġa ta’ sħana qawwija mistennija tolqot żoni f’Londra, f’Manchester u York fil-jiem tat-Tnejn u t-Tlieta.
Kawża ta’ dan madwar il-pajjiż se jkun hemm restrizzjonijiet fit-toroq, bosta skejjel se jiġu ordnati jagħlqu qabel u l-appuntamenti fl-isptarijiet jiġu mħassra.
L-isptarijiet ukoll ġew imwissija li f’dawn il-jiem, il-pajjiż mistenni jara żieda fl-imwiet, filwaqt li aktar nies se jidħlu l-isptar għall-kura.
Fil-fatt, bosta tobba qalu li qed jistennew domanda kbira ta’ nies li se jiġu bżonn ambulanzi.