Illum ser issir l-elezzjoni ġenerali fir-Renju Unit. Din l-elezzjoni hija t-tielet waħda f’temp ta’ tliet snin, bl-aħħar elezzjoni saret sentejn ilu u dik ta’ qabilha fl-2015.
Is-650 post tal-votazzjoni minfruxa madwar l-Ingilterra, Wales, l-Iskoza u l-Irlanda ta’ Fuq, intefħu fit-8 ta’ filgħodu filwaqt li jingħalqu fil-11 ta’ filgħaxija ħin lokali. Ħafna mir-riżultati huma mistenijja li jkunu mħabbra fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa.
F’din l-elezzjoni jridu jiġu eletti total ta’ 650 membru parlamentari u hija l-ewwel elezzjoni li qed issir f’Diċembru sa mil-1923. F’din l-elezzjoni jistgħu jivvutaw kull persuna li għandha ‘l fuq minn 18-il sena huma ċittadini Brittaniċi jew ċittadini li jikkwalifikaw fil-Commonwealth jew fir-Repubblikaw tal-Irlanda u li jkunu rreġistraw biex jivvutaw.