L-Aġenzija Regolatorja tal-Mediċini u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa Ingliża approvat pillola kontra l-COVID-19 tal-kumpanija farmaċewtika Merck Sharp & Dohme’s għall-użu fir-Renju Unit.
Fi stqarrija, l-aġenzija qalet li din il-pillola hija sigura u effettiva sabiex tnaqqas in-numru ta’ pazjenti b’sintomi severi tal-COVID-19 li jkollhom bżonn il-kura fl-isptar.
Il-Ministru għas-Saħħa Ingliż, Sajid Javid qal li dan huwa jum storiku għall-pajjiżu hekk ir-Renju Unit se jkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li approva mediċina kontra l-Coronavirus li tista’ tittieħed fid-dar.
Huwa żied jgħid li din se tħalli impatt pożittiv fuq bosta persuni vulnerabbli għall-virus, li fi ftit żmien ieħor se jkunu qed jirċievu dan it-trattament innovattiv.