Ir-Renju Unit qed ikun imħeġġeġ joħroġ bi proposti ġodda fi żmien 48 siegħa biex iwaqqaf l-apatija dwar Brexit li jidher li hemm fil-pajjiż.
L-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qalu li se jaħdmu bla nifs matul tmiem il-ġimgħa li ġej jekk sal-Ġimgħa jirċievu ideat aċċettabbli biex iwaqqfu l-imblokk fuq il-backstop Irlandiż.
Ir-Renju Unit qal li diġà saru proposti raġonevoli biex jissodisfaw it-tħassib tal-membri parlamentari dwar l-irbit tagħhom mar-regoli tal-Unjoni Ewropea.
Il-kanċillier, Philip Hammond wissa lil dawk favur Brexit biex jivvuttaw għall-ftehim tal-prim ministru jew inkella jaffaċċjaw dewmien fil-Brexit.