L-awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika ta’ Malta qalu li r-Renju Unit mhux se jibqa’ fuq il-lista l-ħamra għall-ivvjaġġar, iżda se jidħol fil-lista l-oranġjo.
Dan permezz ta’ avviż legali li se jidħol fis-seħħ mil-lum.
L-awtoritajiet tas-saħħa fakkru li kull vjaġġatur li jiġi minn xi pajjiż elenkat fil-lista oranġo għandu jipprovdi test negattiv għall-Covid-19 li jkun sar mhux aktar minn tnejn u sebgħin siegħa qabel il-wasla tiegħu f’Malta.
Vjaġġaturi ġejjin f’Malta minn pajjiżi fil-lista oranġjo li jonqsu milli jipproduċu dan it-test ikunu sottomessi għall-ittestjar f’Malta jew ikollhom joqogħdu għall-kwarantina.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/04/27/fiequ-67-persuna-mill-covid-19-u-feggew-45-kaz/