Jumejn biss qabel vot finali fil-Parlament Ingliż dwar Brexit, il-Prim Ministru Theresa May qed twissi li r-Renju Unit jista’ jaffaċċja inċertezza kbira jekk il-Parlament jiċħad l-abbozz Brexit.
Hija wissiet lill-Membri Parlamentari Ingliżi li jekk jiċħdu dan l-abbozz, li huwa diġà maqbul mal-Kunsill Ewropew, ir-Renju Unit kapaċi jitlaq għal elezzjoni ġenerali oħra, u jaffaċċja Brexit mingħajr ebda ftehim.
Intant, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street, Londra, ċaħad allegazzjonijiet li Theresa May qed taħseb biex tikkanċella l-vot tat-Tlieta li ġej.