Minn April il-familji fir-Renju Unit se jkunu qed jaraw żieda ta’ aktar minn €120 fil-kontijiet tal-enerġija tagħhom.
Dan ħabbritu l-aġenzija regolatorja tal-enerġija fir-Renju Unit Ofgem fejn spjegat kif minn xahrejn oħra l-limitu tal-prezz fuq il-kontijiet tal-enerġija se jkun qed jiżdied b’10% minn dak eżistenti. L-aġenzija spjegat kif kienet kostretta tagħmel din iż-żieda minħabba prezzijiet dejjem jogħlew tal-gass madwar id-dinja.
Dan il-limitu fuq il-kontijiet tal-enerġija daħal fis-seħħ f’Jannar li għadda bil-għan li jżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli madankollu r-regolatur dar magħha u issa 11-il miljun klijent se jkunu qed ikomplu jaraw aktar żidiet fil-kontijiet tal-enerġija tagħhom.