Il-Membri Parlamentari Ingliżi rritornaw lura fil-Parlament Ingliż f’Westminster, hekk kif is-sistema ta’ seduti virtwali li ġiet introdotta fil-pandemija ntemmet fil-jum tat-Tlieta.
Il-miżuri b’rabta mal-Covid-19 għadu jiddommina fil-House of Commons, hekk kif qed jiġu diskussi l-erbatax-il ġurnata ta’ kwarantina għal kull min se jkun qed jidħol fir-Renju Unit.
Dawk kollha, inkluż ċittadini Brittaniċi, li mit-8 ta’ Ġunju ser ikunu qed jaslu bl-ajruplan, vapur jew ferroviji jridu joqgħodu iżolati.
Diversi negozji, partikolarment dawk fil-qasam tal-avjazzjoni kkritikaw din il-miżura.
Intant, rapporti fil-midja internazzjonali wrew li diversi uffiċjali fil-Gvern Ingliż jridu jtaffu din il-miżura billi l-kwarantina titneħħa fuq persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi li għandhom rati baxxi ta’ każijiet ta’ Coronavirus.
Il-Pulizija Inġliża qed timponi multa ta’ elf sterlina għal dawk li jiksru l-liġi.