Il-linji tal-ajru fir-Renju Unit sostnew kif ġew infurmati li l-Gvern Ingliż se jkun qed idaħħal fis-seħħ kwarantina obbligatorja ta’ erbatax-il jum għal kull min li jasal fir-Renju Unit, dan bħala miżura kontra l-pandemija tal-Coronavirus.
Ir-restrizzjonijiet il-ġodda mistennija jidħlu fis-seħħ fi tmiem dan ix-xahar.
Esperti fil-qasam tal-avjazzjoni sostnew li din il-miżura se jkollha bżonn pjan kredibbli f’każ.
Persuni li se jkunu qed jaslu fir-Renju Unit se jintalbu jagħmlu kwarantina f’residenza privata.
Imma min jasal mill-Irlanda mhux obbligat jagħmel kwarantina ta’ erbatax-il jum.
Ritratt: Getty Images