Ir-reputazzjoni ekonomika tar-Renju Unit ħadet daqqa ta’ ħarta oħra wara li l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) bassar li din is-sena l-ekonomija tar-Renju Unit se tmur agħar minn kwalunkwe pajjiż ieħor fid-dinja żviluppata – inkluża r-Russja.
Fl-aħħar aġġornament tat-tbassir ekonomiku tiegħu, l-IMF qal li l-prodott gross domestiku tar-Renju Unit se jonqos b’0.6% fl-2023.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-IMF qal li filwaqt li l-ekonomija globali usa’ sejra aħjar milli mistenni, l-ekonomija tar-Renju Unit se tiffaċċja tnaqqis li jirrifletti politika fiskali u monetarja aktar stretta u kundizzjonijiet finanzjarji mhux favorevoli u prezz għoli tal-enerġija, li qed jirriflettu ħażin fuq il-baġits domestiċi taċ-ċittadini.