Il-Gvern Ingliż ħabbar li għandu pjan sabiex jipprojbixxi l-plastik li jintuża darba, f’pass hekk imsejjaħ bħala l-ġlieda kontra l-plastik.
Il-Ministri Ingliżi qalu li dan il-pass se jgħin sabiex madwar il-pajjiż jitnaqqas b’mod sostanzjali l-ammont ta’ plastik li eventwalment jista’ jispiċċa fl-ibħra tal-madwar.
Konsultazzjoni dwar dan ir-rigward mistennija tibda fil-ħarifa li ġejja.
Għal dan kollu bosta ambjentalisti qalu li r-Renju Unit trid tieħu aktar azzjonijiet konkreti sabiex issalva l-ambjent.
L-iskozja, Wales, l-Irlanda ta’ Fuq u bosta pajjiżi Ewropew ġa għandhom pjanijiet jew introduċew din il-miżura.
Malta se ddaħħal din il-miżura kompleta fil-bidu tas-sena d-dieħla.