Ir-Renju Unit għaddej b’taħdidiet mat-Taliban sabiex numru ta’ ċittadini Ingliżi u Afgani jitħallew joħorġu mill-Afganistan b’mod sigur.
Dawn in-negozjati jinvolvu numru ta’ uffiċjali Ingliżi flimkien ma’ dawk b’pożizzjoni għolja fit-Taliban u li qed isiru fil-Qatar.
Il-Gvern Ingliż qal li bejn 150 u 250 persuna li huma eleġibbli biex jiġu rilokati, inkluż il-familji tagħom, għadhom maqbuda fl-Afganistan.
Intant il-midja internazzjonali rrappurtat kif il-President Amerikan Joe Biden, għadu sal-lum jiddefendi d-deċiżjoni tiegħu meta rtira t-truppi mill-pajjiż Afgan, liema deċiżjoni wasslet biex it-Talibani jieħdu taħt idejjhom bil-forza t-tmexxija tal-Afganistan.
Huwa faħħar u rringrazzja lit-truppi Amerikani li rnexxielhom jevakwawa aktar minn mija u għoxrin elf persuna.