Ġie rilaxxat ritratt ġdid tar-Reġina u d-Duka ta’ Edinburgh sabiex jimmarka s-70 anniversarju tat-tieġ tagħhom.
Ir-ritratt ġie meħud fil-palazz ta’ Windsor.
Iż-żwieġ ta’ Princess Elizabeth mal-Logutenent Philip Mountbatten f’Westminster Abbey fl-20 ta’ Novembru 1947 kien ġibed l-attenzjoni tad-dinja kollha u kien mument kbir ta’ ċelebrazzjoni għall-Gran Brittanja wara l-ħerba u ż-żmien iebes li kienet ġabet magħha l-gwerra.
Nhar it-Tnejn, dawn it-tnejn ser isiru l-unika koppja rjali Ingliża li qatt laħqet l-anniversarju tal-platinum tagħha.
Lura fl-1997, meta r-Reġina u l-Prinċep Philip attendew l-ikla fil-Banqueting House f’Londra sabiex ifakkru l-ħamsin anniversarju tagħhom, hija kienet tkellmet dwar “50 sena eċċezzjonali”.