Ir-Reġina Eliżabetta II mhux ser ikollha salut iżda minflok ser tagħmel laqgħa virtwali permezz ta’ Zoom. Dan hekk kif illum ir-Reġina għalqet 94 sena.
Dan se jkun l-ewwel għeluq snin ir-Reġina mindu ħadet kienet ikkurunata bħala Reġina fl-1952 li fih mhux se tingħata s-salut. Dan sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-Coronavirus.
Intant bħala miżura kontra t-tixrid ta’ din il-pandemija r-Reġina tinsab iżolata flimkien mal-Prinċep Philip fil-kastell ta’ Windsor. Għal dan il-għan il-kumplament tal-familja Rjali ma jistgħux imorru jżuruhom. Iżda se jingħaqdu flimkien b’mod virtwali.