Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni se tkun qed tiltaqa’ ma’ membri rjali għolja f’Sandringham aktar tard matul il-jum tat-Tnejn biex tiddiskuti l-irwol futuri tad-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex.
Il-Prinċep Harry, id-Duka ta’ Cambridge William u l-Prinċep ta’ Wales Karlu se jattendu għal din il-laqgħa, filwaqt li id-Dukessa Meghan se tkun qed tingħaqad fid-diskussjoni permezz ta’ telefonata mill-Kanada.
Il-pjan ta’ Harry u Meghan huwa li jirtiraw milli jkunu membri għolja tal-familja Rjali. Huwa mistenni li dawn mit-taħdidiet jaslu għall-pass li jmiss biex jiddefenixxu r-relazzjoni tal-koppja mal-Familja Rjali, f’konformità max-xewqa tar-Reġina li ssib soluzzjoni fi ftit jiem. Inkluż fl-aġenda hemm il-finanzjament li se jirċievu l-koppja, jekk iżommux it-titli tagħhom u liema dmirijiet rjali se jkomplu jwettqu.