Ir-Reġina tal-Ingilterra ġiet imwissija mit-tobba biex tqatta’ ġimagħtejn oħra ta’ mistrieħ. Hija mhux se tkun qed twettaq żjarat uffiċjali tul dawn il-jiem.
Ħabbar dan il-Palazz ta’ Buckingham fejn spjega kif ir-Reġina, li għandha ħamsa u disgħin sena, se tkun tista’ twettaq xi obbligazzjonijiet żgħar li għandha fosthom li tilqa’ udjenzi virtwali.
Hu mifhum li l-intenzjoni tagħha hi li tattendi għall-avveniment ‘Remembrance Sunday’ li se jittella’ fl-14 ta’ Novembru.