Madwar għaxar miljun sterlina mill-flus privati tar-Reġina Eliżabetta kienu investieti barra l-Ingilterra. Dan ħareġ minn dokumenti li ġew żvelati u qed ikunu imsejħa Paradise Papers.
It-Territorju ta’ Lancaster, li jipprovdi lir-Reġina bi dħul finanzjarju, kellu fondi fil-Cayman Islands u Bermuda.
Ammont żgħir spiċċa fil-kumpanija li hija l-moħħ wara BrightHouse, li hija akkużata b’self irresponsabbli, u Threshers, li falliet wara li kellha dejn ta’ sbatax-il miljun u ħames mitt elf sterlina f’taxxi.
L-uffiċjal kap finanzjarju Chris Adcock qal li l-istrateġija tal-investimenti hija bbażata fuq pariri u rakomandazzjonijiet li jsiru minn konsulenti.
Dan filwaqt li kelliem għat-Territorju ta’ Lancaster qal li huma joperaw numru ta’ investimenti u ftit minn dawn għandhom fondi barra l-pajjiż. Dan filwaqt li l-investimenti kollha huwa awditjati u leġittimi.