Ir-Reġina Eliżabetta se terġa’ tingħaqad mal-Prinċep Filippu, dan għaliex it-tebut tal-Prinċep se jindifen flimikien ma’ tar-Reġina.
Dettalji dwar l-arranġamenti tad-dfin għall-koppja Rjali kienu ġew żvelati wara l-mewt tad-Duka ta’ Edinburgh f’April tal-2021.
Kien ġie stabbilit biex il-koppja tindifen fl-istess post wara l-mewt tar-Reġina.
Fil-fatt, il-katavru tal-Prinċep kien tpoġġa ġo Royal Vault fil-Kappella ta’ San Ġorġ fil-Kastell ta’ Windsor, sakemm tmut ir-Reġina.
Wara l-funeral statali tar-Reġina Eliżabetta, id-Duka se jittieħed f’qabar fil-kappella ddedikata lir-Re Ġorġ VI, missier ir-Reġina, biex huwa jindifen flimkien ma’ martu.
Il-kopja se tindifen fl-istess qabar li fih hemm midfun missier ir-Reġina, li kien miet fl-1952, flimkien ma’ ommha r-Reġina Eliżabetta u oħtha l-Prinċipess Margaret, it-tnejn kienu mietu fl-2002.