Ir-Reġina Eliżabetta t-tieni u żewġha l-Prinċep Filippu d-Duka ta’ Edinburgh ħadu t-tilqima kontra l-Coronavirus, ħabbar dan sors tal-familja rjali.
Huma ħadu din it-tilqima fil-Kastell ta’ Windsor mit-tabib tal-familja. Ir-Reġina xtaqet tagħmel din l-aħbar pubblika sabiex ixejjen kull spekulazzjoni.
Ir-Reġina li għandna 94 sena u l-Prinċep li għandu 99 sena huma fost il-miljun u nofs persuna li ħadu t-tilqima kontra l-Covid-19 s’issa fir-Renju Unit.