Ir-Reġina Eliżabetta II u d-Duka ta’ Edinburgħ il-Prinċep Filippu mistennija jqattgħu jum il-Milied l’bogħod mill-familja tagħha.
Din ser tkun l-ewwel darba li l-koppja rjali mhux ser tqatta’ dan il-jum fid-dar ta’ Sandringham mill-1980 l’hawn.
F’dan il-jum il-familja rjali normalment jqattgħu din il-ġurnata flimkien iżda din is-sena dan mhux possibbli li jsir minħabba restrizzjonijiet imposti fuq ir-Renju Unit marbuta mal-COVID-19.
Minkejja dan ir-Reġina xorta waħda ser tattendi għall-quddies iżda b’mod privat sabiex tiġi evitata l-folla.
Ir-Reġina fil-messaġġ annwali tagħha tal-Milieda mistennija tirrifletti dwar l-isfidi li ġabet magħha din il-pandemija.
Il-messaġġ tal-Milied mistenni jixxandar għall-ħabta tat-3pm ħin lokali.