Ir-Renju Unit fakkar Jum it-Tifkira quddiem il-monument f’Cenotaphf’Londra, fejn tfakkru l-vittmi tal-Ewwel Gwerra Dinjija.
Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni m’attendietx minħabba uġigħ f’daharha.
Din iċ-ċerimonja kellha tkun l-ewwel waħda li r-Reġina tirritorna fil-pubbliku dan ix-xahar, wara li ftit tal-ġimgħat ilu kienet l-isptar u t-tobba ordnawlha sabiex tistrieħ.
Iżda sigħat qabel iċ-ċerimonja, ħarġet l-aħbar li r-Reġina mhix se tattendi.
L-attenzjoni kienet fuq bin ir-Reġina, il-Prinċep ta’ Wales Charles.
Wara poġġa l-fjuri d-Duka ta’ Cambridge, il-Prinċep William.
Preżenti wkoll kien hemm il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, li anke poġġa l-fjuri fuq il-monument.
Fiċ-ċentru tal-gallarija, minflok ir-Reġina kien hemm id-Dukessa ta’ Cambridge, Kate Middleton.
F’disgħa u sittin sena, ir-Reġina Eliżabetta m’attendietx għal din iċ-ċerimonja seba’ darbiet.
Apparti din is-sena, erba’ darbiet minnhom m’attendietx minħabba li kienet imsiefra u darbtejn għax kienet tqila.
Malta wkoll kellha sehem f’din iċ-ċerimonja, hekk kif bħala membru tal-Commonwealth, flimkien ma’ pajjiżi minn din l-għaqda poġġew il-fjuri biswit dan il-monument.
Dawn tpoġġew mid-Deputat Kummissarju Għoli tar-Renju Unit, Daniel Attard.