Ir-Reġina Eliżabetta II ddaħħlet taħt superviżjoni medika wara li t-tobba kkonċernathom il-qagħda ta’ saħħa tagħha.
Fi stqarrija Buckingham Palace qal li qiegħed ikun rakkomandat li hi tibqa’ taħt din l-osservanza filwaqt li ġiet mitluba tistrieħ mit-tobba tagħha.
Bħalissa r-Reġina tinsab ġewwa l-Kastell ta’ Balmoral, l-Iskozja, li jservi bħala r-residenza tas-Sajf tagħha.
Il-qraba tagħha, inkluż il-Prinċep Harry li ħareġ mill-familja Rjali, jinsabu fi triqthom biex f’dan il-mument ikunu ħdejn il-Reġina. Qrib ir-residenza nġabru bosta persuni mill-pubbliku wkoll, jistennew l-aħħar aġġornamenti dwar saħħet ir-Reġina.
Bosta mexxejja politiċi u persuni nfluwenti fir-Renju Unit esprimew it-tħassib tagħhom lejn ir-Reġina, fost dawn kien hemm il-Prim Ministru l-ġdid Brittaniku Lizz Truss, il-Kap tal-Oppożizzjoni Keir Starmer, il-Kap tal-Demokratiċi Liberali, Sir Ed Davey, u l-Eks Prim Ministru Brittaniku David Cameron.
The whole country will be deeply concerned by the news from Buckingham Palace this lunchtime.
— Liz Truss (@trussliz) September 8, 2022
My thoughts – and the thoughts of people across our United Kingdom – are with Her Majesty The Queen and her family at this time.
Along with the rest of the country, I am deeply worried by the news from Buckingham Palace this afternoon.
— Keir Starmer (@Keir_Starmer) September 8, 2022
My thoughts are with Her Majesty The Queen and her family at this time, and I join everyone across the United Kingdom in hoping for her recovery.
Deeply concerned by the news this afternoon from Buckingham Palace.
— David Cameron (@David_Cameron) September 8, 2022
I send my heartfelt thoughts and prayers to Her Majesty The Queen and the Royal Family at this worrying time.
Eks Korrispondent tal-BBC għall-familja Rjali rrimarka kif il-mod ta’ kif tpoġġa l-kliem minn Buckingham Palace fl-istqarrija jista’ jissuġġerixxi affarijiet serji. Hawn ġie nnotat kif stqarrijiet dwar is-saħħa tar-Reġina mhux in-norma.
Bosta setgħu jinnotaw ukoll kif il-ġurnalisti tal-BBC jinsabu lebsin l-iswed għax-xandira speċjali tal-lum dwar saħħet ir-Reġina, fil-waqt li jidher il-kommossjoni fil-kamra tal-aħbarijiet tagħhom li tidher fl-isfond tax-xandira.
Intant il-President ta’ Malta fi tweet qal li qed isegwi mill-qrib l-aħħar żviluppi dwar saħħet ir-Reġina.
I am following very closely developments concerning the health of Her Majesty Queen Elizabeth II. I wish her a full and speedy recovery. Her Majesty and the @RoyalFamily are in our thoughts. pic.twitter.com/3hulrIL24B
— President of Malta (@presidentmt) September 8, 2022