L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif ieħor ħabbret li l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien se ssir is-Sibt 23 ta’ Marzu fil-Port il-Kbir. Dan se jsir peress li Jum il-Ħelsien din is-sena se jaħbat Ħadd il-Għid. Dan kien se jagħmilha impossibli li dak -in nhar issir ir-Regatta, anke minħabba l-fatt li l-bliet tal-Kottonera jkunu għadhom għaddejja bil-purċissjonijiet tal-Irxoxt.
Ir-Regatta se tkun tinkludi 11-il tiġrija: ħamsa minn Kategorija Open, ħamsa minn Kategorija B u waħda għall-qaddiefa nisa.
(Photo Credit: TCM Photography)