Fis-Sannat Għawdex għada se jkun qed isir ir-referendum konsultattiv dwar l-iżvilupp f’Ta’ Ċenċ. Dan ikkonfermah is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Sannat Philip Vella meta kkuntattjat minn one.com.mt.
Huwa stqarr li fit-18 t’April kien hemm qbil unanimu biex jissejjaħ referendum konsultattiv fis-Sannat bil-għan li l-Kunsill jieħu pożizzjoni dwar l-iżvilupp f’Ta’ Ċenċ, li jinkludi heritage park, estensjoni tal-lukanda, u żvilupp ta’ 15-il villa.
Is-Sindku spjega kif fil-bidu ta’ Ġunju, kull residenza fis-Sannat irċeviet ittra dettaljata dwar ir-referendum.
Vella nnota li hem erba’ opinjinijiet. “Hemm dawk li huma favur, dawk kontra, uħud li ma jinteressahomx u oħrajn li jaqblu ma’ parti mill-proġett.”
L-elezzjoni se ssir bejn is-7a.m. u s-7p.m. fis-sala tal-kunsill, Triq Sannat, ta’ Sannat. Għal din l-elezzjoni huma eliġibbli li jivvutaw 1,901.