Wara tliet snin, ix-xbieha tar-Redentur tal-Isla se terġa’ toħroġ proċessjonalment mat-toroq tal-belt Sengleana.
Din il-purċissjoni se ssir wara l-quddiesa tas-sitta u se tkun iċċelebrata mill-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna.
F’dan il-pellegrinaġġ se jsir talb għal pajjiżna, għal Knisja u għal vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
L-istatwa tar-Redentur toħroġ tliet darbiet fis-sena, dak matul ir-Randan f’Marzu, fil-Ġimgħa l-Kbira u fil-festa tiegħu f’Ġunju.
Din is-sena f’Marzu ma ħariġx minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija, filwaqt li fil-Ġimgħa l-Kbira tħassret minħabba t-temp.
L-Arċipriet tal-Isla, Fr Robin Camilleri appella sabiex nhar il-Ħadd in-nies jattendu għal dan il-pellegrinaġġ, li se jsir wara tliet snin.