Il-Malta Red Cross bdiet tqassam l-ikel u prodotti essenzjali bħall-mediċini f’Pembroke u fl-Imtarfa lil persuni meqjusa vulnerabbli jew jinsabu fi kwarantina mandatorja.
Dan is-servizz ġdid kien deskritt minn Robert Brincau, id-Direttur tal-Operazzjonijiet, bħala era ġdida.
“Din hija era ġdida għalina wkoll. Dawn huma servizzi ġodda li qed nibnu biex noffru qed nibdewhom bil-mod ma’ kunsilli lokali żagħar ovvjament anki l-operat naraw x’jirrikjedi. Is-servizz huwa ma persuni vulnerabbli li huma d-dar biex ninkoraġġuhom biex jibqgħu d-dar biex nagħmlulhom il-ħajja faċli u kemm jista’ jkun li joqogħdu d-dar hija diġà sagrifiċċju aħseb u ara li jkollhom bżonn ċerti bżonnijiet u ma jistgħux jilħquhom.”
Dan kollu kien possibbli grazzi għas-sostenn li taw numru ta’ kumpaniji, fosthom tal-GOTO, li sellfu erba’ karozzi lir-Red Cross biex jintużaw għal il-għan.
Brincau appella għal aktar volontiera sabiex ikunu jistgħu iżidu l-lokalitajiet li fihom joffru s-serivizzi.
“L-iskop li l-volontiera qed jgħinu u għandhom bżonn iżjed biex kemm jista’ jkun dan is-servizz inkabbruh malajr kemm jista’ jkun u nkunu nistgħu nilħqu aktar postijiet. Id-domanda hija kbira u aktar ma tikber id-domanda aktar ikollna bżonn volontiera biex ngħinu lil dak li jkun.”
Ir-Red Cross qed tgħin ukoll fl-iscreening tal-impjegati t’numru ta’ kumpaniji u entitajiet. Dan filwaqt li qed taħdem id f’id mal-Gvern biex toffri servizzi umanitarji.
Wieħed jista’ jikkuntatja lir-Red Cross sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu fuq 79000112.