Is-sema Maltija se tilqa’, għal darb’oħra, lill-ikoniċi RAF Red Arrows fit-28 edizzjoni tal-Malta International Airshow, li se ssir bejn is-Sibt, 27, u l-Ħadd, 28 ta’ Settembru li ġejjin.
L-ispettaklu fl-ajru se jseħħ tul il-kosta pittoreska ta’ San Pawl il-Baħar, fejn spettaturi jkunu jistgħu jgawdu wirjiet mill-isbaħ fl-ajru.
Il-wirjiet statiċi, li se jsiru fis-Safi Aviation Park u l-apron tal-inġinerija ta’ EasyJet, se joffru wkoll spettaklu mill-qrib ta’ għadd ta’ ajruplani militari u ċivili.
Fost l-aqwa attrazzjonijiet din is-sena hemm:
- Il-German Air Force;
- L-Airbus A400M Atlas; u
- Lockheed P-3C Orion min-Navy Ġermaniża.
Parteċipanti oħrajn se jitħabbru fix-xhur li ġejjin, hekk kif il-Malta Aviation Society qed issejjaħ din l-edizzjoni bħala l-akbar avveniment fil-beraħ għal din is-sena.