Id-Difiża tal-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qalet li r-recordings ta’ Melvin Theuma juruh f’dawl differenti.
Dan waqt trattazzjonijiet preliminari quddiem Imħallef il-Ġimgħa filgħodu hekk kif id-Difiża argumentat li l-Prosekuzzjoni qed tuża tattiċi maħmuġa biex twassal għal kundanna akkost ta’ kollox.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hawnhekk id-Difiża għamlet referenza għal mod ta’ kif id-Difiża mhux qed tingħata aċċess għal informazzjoni importanti fosthom stqarrijiet mogħtija lill-Pulizija minn persuni li mistennija jitilgħu jixhdu.
Id-Difiża tenniet li trid li l-ġuri fil-konfront ta’ Fenech jibda biss wara li tintemm il-kawża kostituzzjonali li ressaq Fenech wara li l-Imħallef Edwina Grima ma rrikużatx ruħha.