Ħafna mill-gazzetti ppubblikati l-Ħadd filgħodu kienu ddominati kif mistenni mill-eżitu tal-elezzjoni ta’ Mexxej għall-Partit Laburista u l-ħatra tal-Avukat Robert Abela bħala d-disa’ mexxej Laburista.
Il-gazzetta The Sunday Times of Malta ddedikat il-paġna ta’ quddiem b’ritratt tal-Mexxej il-ġdid bil-kliem
Il-gazzetta għamlet aċċenn ukoll li Dr Abela se jkun il-Prim Ministru li jmiss ta’ pajjiżna.
L-istess ħsieb kien espress mill-gazzetta Malta Independent li fil-faċċata ppubblikat ritratt ta’ Dr Abela ftit wara li wasal fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.
Min-naħa tagħha l-gazzetta MaltaToday għażlet it-titlu ‘Abela Wins’ filwaqt li stampat ritratt tal-Mexxej il-ġdid mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Il-ħatra ta’ Abela kienet irraportata wkoll bi prominenza f’numru ta’ siti tal-aħbarijiet barranin.
Ewlenin fost dawn kien hemm is-sit tal-BBC li qal kif Robert Abela ġie elett bħala Prim Ministru ġdid.
Rapportaġġ simili kien dak tal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters. Irrapporta wkoll l-aħbar is-sit tar-Rai li qal kif Abela kien ilu attivist fil-Partit għal snin twal u li huwa wkoll iben il-President Emeritu ta’ Malta George Abela.