Ir-rebbieħ tal-edizzjoni tas-sena l-oħra tal-Eurovision, Nemo ikkundanna pubblikament id-deċiżjoni li ħadet il-Qorti Suprema Brittanika fil-konfront ta’ nisa trans meta qalu li mara tkun determinata skont is-sess li tiwieled bih u qed imexxi azzjoni kontra dak li qed jisħaq huwa attakk fuq id-drittijiet ta’ persuni trans li se jimpatta l-kwalità tal-ħajja ta’ komunita sħiħa.
L-artist Żvizzeru, tefa’ dettalji fuq il-midja soċjali ta’ kif il-poplu Brittaniku jista’ jikkuntattja membri parlamentari sabiex jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema li se tkun qed teskludi nisa trans minn toilets, swali tal-isptarijiet u timijiet sportivi tan-nisa.
Filfatt, id-deċiżjoni meħuda aktar kmieni dan ix-xahar tfisser li minkejja li nisa trans ikollhom iċ-ċertifikat tal-għarfien tal-ġeneru xorta jistgħu ikunu esklużi minn spazji riservati għal sess speċifiku.
Personalitajiet prominenti mill-komunità LGBTQ+ ilhom jappellaw sabiex organizzazzjonijiet jesprimu l-fehma tagħhom dwar din id-deċiżjoni. Tobba mill-Assoċċjazzjoni Medika Brittanika ikkundannaw din id-deċiżjoni li sejħulha ‘bioloġikament bla sens’ u ‘xjentifikament illetterata’. Huma qed jargumentaw li diviżjoni binarja bejn is-sess u l-ġeneru m’għandha l-ebda bażi fix-xjenza jew il-mediċina filwaqt li tagħmel ħafna ħsara li nies transġeneru jew ta’ ġeneru divers.
Barra minn hekk, l-uniku imħallef fir-Renju Unit li pubblikament iddikjarat ruħha bħala trans, qed tippjana li tfittex lill-gvern Brittaniku dwar din id-deċiżjoni fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dr Victoria McCloud, li rriżenjat mill-pożizzjoni tagħha s-sena l-oħra, qalet li din id-deċiżjoni kienet qed tikser id-drittijiet umani tagħha.