Ir-reazzjoni ta’ Michela, kif tħabbar li Malta għaddiet għall-finali tal-Eurovision, serqet il-qlub ta’ eluf ta’ persuni fl-Ewropa.
Huma bosta li qed ixerrdu l-mument meta tħabbar li Malta kienet l-għaxar pajjiż li kkwalifikat għall-finali, b’bosta iqisu r-reazzjoni ta’ Michela bħala “din hi r-reazzjoni li tiddefinixxi verament xi jfisser il-Eurovision.”
Fuq Twitter persuni fl-Ewropa sostnew kif ir-reazzjoni ta’ Michela se tibqa’ f’qalbhom hekk kif dehret ġenwinament ferħana se ttir u li għal din is-sena, żgur mhux forsi, se jibqgħu jiftakruha bħala dik iż-żagħżugħ li verament kien ħaqqha tgħaddi għall-finali.