Ir-reazzjoni tal-kelliema Nazzjonalista għas-Saħħa, Claudette Buttigieg dwar il-mediċini ġodda għall-kura tal-kanċer tista’ tiġi deskritta biss bħala waħda nkredibbli.
Claudette Buttigieg dalgħodu kkritikat il-fatt li l-Gvern din il-ġimgħa ħabbar tliet mediċini ġodda għal kontra l-kanċer.
Il-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija spjega li Capecitabine ġiet introdotta b’mod immedjat għal pazjenti li jbatu bil-kanċer tas-sider, stonku, fwied u frixa. Fil-ġimgħat li ġejjin se jiddaħħlu wkoll fuq il-formularju tal-Gvern, il-Mitomycin għall-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina u d-Doxorubicin għxfall-kanċer avvanzat tal-fwied. B’kollox huwa stmat li madwar 500 pazjent se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn dawn il-mediċini. S’issa dawn il-pazjenti u oħrajn bħalhom kellhom bilfors jixtru dawn il-mediċini minn buthom jew jirrikorru għand il-Community Chest Fund.
Dan il-fatt tant pożittiv u li tant se jagħmel differenza lill-pazjenti tagħna f’mument tant diffiċli f’ħajjithom, għal darb’oħra darras lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.
Huwa sempliċiment inkredibbli li propju llum fil-Jum Dinji għall-Kanċer, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ħarġet b’dan l-attakk fuq miżura li se tħalli tant ġid.
Il-verita’ hi, qal li-Ministeru, li kien biss din is-sena li għall-ewwel darba f’Malta fil-budget tas-saħħa ġie vvutat vot speċifiku għall-mediċini ġodda kontra l-kanċer.