Ir-reazzjoni ta’ Busuttil wara li tilef libell Ftit sigħat wara li Simon Busuttil tilef libell b’rabta mal-każ tad-direct orders li ħa fi żminijiet gvernijiet nazzjonalisti, One News talab l-ewwel reazzjoni tiegħu. Ir-reazzjoni tiegħu tidher hawn taħt.
https://youtu.be/nlnzWurd-gI
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, tilef libell li kien fetaħ kontra L-Orizzont b’rabta ma’ editorjal li kien dwar id-direct orders li ħadet il-kumpanija tiegħu.
Il-libell kien fetħu kontra Sandro Mangion li kien editur tal-gazzetta, iżda l-Qorti ma tatux raġun. Fl-editorjal, is-sitwazzjoni taħt Gvern Nazzjonalista kienet deskritta bħala waħda ta’ ħtif ta’ direct orders bla rażan, u ntqal li kien impossibbli għal kumpaniji lokali jibbenefikaw minn fondi Ewropej, sakemm ma jgħaddux minn taħt ċertu kumpaniji oħra.