Anwar Ibrahim mistenni jkun il-Prim Ministru l-ġdid tal-Malasja. Huwa se jinħatar Prim Ministru tal-pajjiż wara li kemm il-koalizzjoni tiegħu u lanqas il-koalizzjoni rivali, immexxija mill-eks Prim Ministru, ma kisbu l-maġġoranza parlamentari ta’ 112-il siġġu; kien għalhekk li r-Re tal-Malasja talab laqgħa maż-żewġ mexxejja flimkien mal-membri parlamentari eletti biex jara min għandu jkun li jmexxi l-gvern ġdid.
Wara din il-laqgħa, ir-Re ħabbar li Ibrahim se jkun il-Prim Ministru ġdid tal-Malasja għaliex għandu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-222 membru parlamentari.
Ibrahim kien diġà jservi ta’ Prim Ministru lura fis-snin 90, iżda kien tkeċċa u ntbagħat il-ħabs fuq akkużi li kien interferixxa f’investigazzjoni li kienet qed tagħmel il-pulizija dwaru fuq allegazzjonijiet li wettaq atti sesswali li jmorru kontra l-liġi fil-Malasja.
Ritratt: AP