Ir-Re ta’ Spanja jinsab fi kwarantina wara li kellu kuntatt ma’ persuna li ttestjat pożittiva għall-COVID-19.
Il-Palazz ħareġ stqarrija u qal li biex jimxi mal-protokolli tas-saħħa, ir-Re Filippu Sitta se jkun f’iżolament għall-għaxart ijiem li ġejjin.
L-attivitajiet uffiċjali kollha ġew sospiżi f’dan il-perjodu ta’ kwarantina.
Ir-Re ta’ Spanja kien ittestja negattiv għall-Coronavirus f’Marzu li għadda fil-bidu tal-pandemija.
Spanja għadha fost l-aktar pajjiż affettwati mill-pandemija, b’aktar minn miljun u ħames mitt elf każ ta’ infezzjonijiet u tlieta u erbgħin elf mewt.