Ir-Re Karlu III deher jattendi għall-quddies, l-ewwel darba minn meta nstab li għandu kanċer. Bħalissa, ir-Re Ingliż li għandu ħamsa u sebgħin sena qiegħed jiġi rikoverat fir-residenza tiegħu ġewwa Norfolk.
Huwa deher jitbissem u jxejjer lil dawk preżenti hekk kif kien milqugħ mis-saċerdot.
Minħabba d-djanjosi fil-pożittiv tal-kanċer, ir-Re Karlu qiegħed joqgħod lura mid-dmirijiet pubbliċi tiegħu, għalkemm fi stqarrija uffiċjali irringrazzja lill-pubbliku tas-sapport li qiegħed jirċievi.
L-Erbgħa, ir-Re kellu l-laqgħa ta’ kull ġimgħa mal-Prim Ministru Rishi Sunak permezz ta’ telefonata, hekk kif ir-Re qiegħed ikompli għaddej jaqdi d-dmirijiet tiegħu.